PROGRAMM TAL-FESTA F’ĠIEĦ
SAN KORONATU MARTRI
IĊĊELEBRATA FIL-BAŻILIKA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL
IN-NADUR
9 – 14 ta’Novembru 2021
It-Tlieta 9 ta’ Novembru
Jum it-Tfal
5.00p.m. Quddiesa għat-Tfal kollha mmexxija mill-Arċipriet Mons Jimmy Xerri fil-Knisja.
L-Erbgħa 10 ta’ Novembru
L-Ewwel Jum tat-Tridu
5.30p.m. Rużarju
6.00p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons Joseph Attard li fiha jagħmel l-ewwel omelija dwar San Koronatu. Wara jsir it-Talb tal-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħamis 11 ta’ Novembru
It-Tieni Jum tat-Tridu
5.30p.m. Rużarju
6.00p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons Joseph Attard li fiha jagħmel it-tieni omelija dwar San Koronatu. Wara jsir it-Talb tal-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru
It-Tielet Jum tat-Tridu
5.30p.m. Rużarju
6.00p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons Joseph Attard li fiha jagħmel it-tielet omelija dwar San Koronatu. Għal din il-Quddiesa huma mistiedna b’mod speċjali l-Fratelli kollha tal-Parroċċa. Wara jsir it-Talb tal-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
7.00p.m. Ikla fis-Sala Parrokkjali organizzata mill-Għaqda tan-Nar.
Is-Sibt 13 ta’ Novembru
Lejliet il-Festa
5.00p.m. Quddiesa
6.00p.m. Għasar immexxi minn Mons Dekan Salv Muscat, bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata.
6.30p.m. Quddiesa kkonċelebrata mmexxija minn Mons Arċipriet Jimmy Xerri bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru. Wara jsir it-talb tal-Kurunella u Barka Sagramentali.
8.00p.m. ‘Mnarja Band in Concert’ Kunċert mill-Banda Mnarja fil-Knisja Bażilika.
Il-Ħadd 14 ta’ Novembru
Jum il-Festa
Il-Quddies fil-Knisja Bażilika ikun fil-5.30am, fis-6.30am, fis-7.30am, fil-11.00am u fl-4.30pm u fis-7.00pm
Fil-Kappella tas-Sorijiet fis-6.15am
Fil-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù fis-7.00am
Fil-Kappella ta’ Santa Tereża fis-7.30am
8.15a.m. Uffiċċju tal-Qari u Lawdi mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata.
9.00a.m. Quddiesa Solenni mmexxija mill-Vigarju Ġenerali Mons Tarċisju Camilleri, Arċidjaknu tal-Katidral bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru. Issir il-preżentazzjoni tal-kandidati għas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
12.00p.m. Ikla ta’ San Koronatu fil-Country Terrace f’Għajnsielem organizzata mill-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira.
5.15p.m. Għasar Solenni mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Wara Purċissjoni bil-fdalijiet ta’ San Koronatu fil-Knisja stess. Fi tmiem il-purċissjoni, kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.
N.B. * Fit-tlett ijiem tat-Tridu (mill-Erbgħa 10 sal-Ġimgħa 12 ta’ Novembru) ma’ jkunx hawn il-Quddiesa tal-5.00p.m. imma ssir Quddiesa waħda fis-6.00p.m. li tkun ssir flok tas-6.30p.m.
- Il-Kor tal-Parroċċa ‘Jubilate Deo’ u l-orkestra ta’ lejlet u nhar il-festa jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro Antoine Theuma.
- In-Nar tal-Festa se jkun tal-Kamra tan-Nar ‘15 t’Awwissu’ Ta’ Kerċem u kordinat mill-Għaqda tan-Nar ‘San Pietru u San Pawl’
Din is-sena jaħbat is-70 anniversraju minn meta saret il-libsa l-ġdida ta’ San Koronatu fis-sena 1951 |