News

Notices: For Sunday 03.12.2023

December 03, 2023
1st Sunday of Advent [B]

AVVIŻI

Minn nhar it-Tnejn se nibdew mument ta’ talb flimkien. Niltaqgħu fil-Prayer Room kuljum fis-6.30 ta’ fil-għodu u fil-għaxija fil-knisja fis-6.15. Filgħodu nitolbu s-salmi ta’ Sbieħ il-Jum u fil-għaxija nitolbu s-salmi tal-Għasar.

F’dan il-Ħadd 3 ta’ Diċembru, fil-quddiesa tal-9.45 se nippreżentaw lil dawk li se jqassmu l-ktejjeb “Ejjew Nitolbu”. Se jitqassam f’kull familja u mhux se jsir ġbir ta’ flus. Nittamaw li l-ktieb ikun ta’ għajnuna għat-talb fil-familja. Jekk xi ħadd jixtieq jgħin iqassam il-ktieb, jikkuntattjana.

Għad fadal kopji tal-Kalendarju tal-Parroċċa għas-sena d-dieħla. Min jixtieq xi kopja, tistgħu takkwistawha mill-Uffiċċju Parrokkjal

Il-Kunsill Lokali javża li għall-Milied 2023 se jerġa’ jqassam ikla b’xejn lil dawk il-persuni li huma anzjani li jgħixu weħidhom, dawk vulnerabbli, il-morda u dawk bi ħtiġijiet oħra. Tistgħu tinkitbu fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali.

Infakkrukom li nhar l-Erbgħa, u kull nhar t’Erbgħa, ikun hawn saċerdoti barranin għall-qrar mill-4.30 sat-8.30 ta’ filgħaxija. Mill-4.30 il-qrar ikun fil-knisja, fis-6.30 ikun hawn Patri Kapuċċin għall-qrar fil-kamra maġenb il-Prayer Room.

Other Articles

Easter Events & Activities Media
Events & Activities Media News
Events & Activities Media News
Media
Easter Events & Activities Media
Events & Activities Lent
NadurParish.com