News

Notices from the Parish

Ir-RABA’ ĦADD TAL-AVVENT

AVVIŻI

  1. Fil-programm  li qassamnielkom fid-dar għandkom  il-ħinijiet tal-qrar fil-jiem li ġejjin. Infakkrukom b’mod speċjali fil-ħinijiet ta’ nhar it-Tlieta:mill-5.15 sal- 10.00 ta’ filgħodu u mill-5.00 sas-7.00 ta’ filgħaxija.
  1. Fl-istess programm innotaw il-ħinijiet tal-quddies għal nhar il-Milied u lejlietu.  Nhar il-Milied mhemmx quddiesa fil-5.30. Il-bqija tal-ħinijiet huma bħal nhar ta’ Ħadd.  
  1. Nhar il-Milied, il-kunċert tal-Milied imtella’ mill-Museum se jixxandar fuq mnarjalive.com fis-7.00 p.m.
  1. Matul il-ġimgħa n-novena tat-tfal tkun fil-5.00 p.m. (Illum il-Ħadd fil-quddiesa tal-9.45). Wara l-quddiesa li Xejk TV ixandar fis-6.30 p.m. qed ikun hemm ukoll Novena mtella’ mill-parroċċa tagħna.
  1. Il-presepju ħaj f’Dar Dun Frangisk f’dan is-Sibt u l-Ħadd ikun miftuh mill-5.00 p.m. sas-7.00 p.m. 

Is-sessjoni ta’ għoti ta’ demm fil-Berġa tax-Xewkija ta’ llum il-Ħadd 20 ta’ Diċembru ser tkun l-aħħar opportunità għal din is-sena għal dawk li jixtiequ jagħtu d-demm f’Għawdex.  Din is-sessjoni ser tibda fit-8:00am u tispiċċa fis-1:00pm. 

NadurParish.com