News

Notices from the Parish

TIELET ĦADD TAL-AVVENT

AVVIŻI

  1. In-Novena tal-familja se tibda nhar it-Tlieta 15 tax-xahar, fil-quddiesa tal-5.00 p.m. Se jkun hawn ushers li jieħdu ħsieb jgħinu lil kulħadd joqgħod f’postu bis-social distancing.
  • Minn nhar it-Tlieta wkoll fil-quddiesa tas-6.30 ta’ filgħaxija se jsir ħsieb qasir tan-Novena minn Dun Reuben.
  • U wkoll minn nhar it-Tlieta, wara l-quddiesa li normalment tixxandar fuq Xejk TV fis-6.30 p.m.  (mhux il-quddiesa tal-parroċċa), se tixxandar Novena li ġiet imtella’ mill-parroċċa tagħna.
  • Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru se ssir il-laqgħa ta’ talb ispirata mill-kitba ta’ Dun Mikiel Attard.  Tibda wara l-quddiesa tal-5.00 p.m.
  • Qed jinbiegħ ktejjeb “Ma’ Alla fil-Ġnien” li fih ħsibijiet fuq il-ħolqien. Tistgħu takwistaw kopja mill-bibien tal-knisja llum u għada jew mingħand Dun Reuben, miċ-Ċentru Parrokkjali u mill-Uffiċċju Parrokkjali. Jinbiegħ €6.
  • Bħalissa fis-sagristija tat-Tramuntana tistgħun taraw presepju mekkaniku sabiħ ħafna. Il-presepju hu kollu kemm hu xogħol tal-artist Naduri Joe Camilleri
NadurParish.com