Tiliet ĦADD tal-Għid
AVVIŻI

Ħinijiet tal-Quddies:
Ħdud u Festi: 5.30, 6.30, 8.30, 9.45, 11.00 a.m., 5.00 u 7.00 p.m.
Tnejn sas-Sibt filgħodu: 5.30, 6.15, 7.00, 7.45, 9.00 a.m.; 5.00 u 7.00 p.m.
Is-Sibt filgħaxija: 5.00 u 6.30 p.m.
Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù: Ħadd 7.15 a.m.; Tnejn sas-Sibt 11.00 a.m.
Sorijiet Franġiskani: Ħadd 6.15 a.m., Tnejn sas-Sibt 6.30 a.m.Kappella Santa Tereża ta’ Kalkutta: Ħadd 7.30 a.m.
- L-ewwel qrara tat-tfal BNIET se ssir nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju fil-5.30 p.m. L-Ewwel Qrara tat-tfal SUBIEN se tkun l-għada 5 ta’ Mejju fil-5.30 p.m.
- Il-Prayer Room fil-kappella maġenb il-knisja se tkun miftuħa għal talb privat kuljum, minn għada t-Tnejn, mill-4.00 sat-8.00 p.m. Inħeġġukom biex iżżuru.
- Fil-bidu ta’ Mejju se nqassmu envelopes għall-ġabra tal-festa. Imma min jixtieq jagħmel l-offerta qabel, jista’ jagħmilha fl-Uffiċċju Parrokkjali.
- Nhar l-Erbgħa se jkun hawn il-laqgħa ta’ talb fuq l-ispiritwalità ta’ Dun Mikiel Attard. Tibda fis-6.00 u se jmexxiha Dun Manwel Cutajar. Missjunarju fl-Albanija
- Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa tas-7.00 se jkun hawn ftit mumenti ta’ adorazzjoni. Kulħadd hu mistieden
- Issa li l-knejjes huma miftuħin għall-quddies, nittamaw li ħafna jkunu dawk li jerġgħu jibdew jattendu l-quddies fil-knisja. Il-knisja tagħna hi kbira u tiflaħ taċċetta ħafna, anke bir-restrizzjonijiet tad-distanza.