Notices from the Parish

Avviżi:

  1. F’dan is-Sibt qegħdin niftħu u nbierku ċ-Ċentru Parrokkjali l-ġdid. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li appoġġjaw u taw il-kontribut tagħhom favur dan il-proġett.
  2. Navżawkom li l-Ġurnata Missjunarja se tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 18 t’Ottubru. Fil-jiem li ġejjin se jitqassmu l-envelopes. Dawn imbagħad tistgħu titfgħuhom mal-offerta, iġġibuhom l-uffiċċju jew jekk ikun hemm iż-żelaturi li jiġbruhom, tagħtuhom lilhom.
  3. Il-laqgħat tal-formazzjoni Nisranija fiċ-ċentru u fl-oqsma tal-mużew huma imniżżlin fil-bullettin.
  4. Navżawkom li l-ewwel ċelebrazzjoni għat-tfal se issir nhar l-Erbgħa li ġej, 7 ta’ Ottubru fis-5.45pm fis-sala parrokkjali fi Triq Xandriku u din se tkun għat-tfal tal-Year 2 u Year 3.

NadurParish.com