News

Għinna nkomplu nwasslu l-messaġġ

Hekk kif din is-sena ninsabu f’sitwazzjoni partikolari ħafna – sitwazzjoni li anqas biss se tħallina niċċelebraw festa kompluta lill-Appostli tant maħbuba minna San Pietru u San Pawl – nixtiequ li permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Parroċċa tan-Nadur, nippruvaw inqanqlu spirtu ta’ festa u ta’ ċelebrazzjoni fil-jum tant għażiża għalina, id-29 ta’ Ġunju.

Ilkoll tafu kemm l-elementi tal-midja fi ħdan il-Parroċċa tagħna kienu strumentali biex il-Knisja setgħet tibqa’ żżomm kuntatt mal-komunità anke meta l-istess Knisja kellha tibqa’ tiċċelebra l-quddiesa b’bibien magħluqa. Dan kollu kien possibbli biss għax l-amministrazzjoni tal-Parroċċa tagħna minn dejjem emmnet bis-sħiħ fil-potenzjal ta’ dawn il-mezzi u kontinwament qed tinvesti ammonti kbar ta’ flus sabiex dan il-kuntatt jasal għand kulħadd, b’diversi modi u bi kwalità mpekkabbli.

Din is-sena qed nduru fuqkom, għeżież membri tal-komunità biex permezz tad-donazzjoni tagħkom aħna nkomplu naħdmu biex intejbu l-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni u anke ntaffu ftit mill-ispejjeż li qed isiru bħalissa. Ta’ min isemmi li preżentement, il-Parroċċa qed tiffinalizza studios ġodda fi ħdan iċ-Ċentru Pastorali l-ġdid, li fih Radju Luminaria u s-servizz kumplimentari Luminaria Live, se jkunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom f’ambjent aktar aċċessibbli, b’apparat ġdid u teknoloġija moderna.

Hi xewqa tagħna li min xi darba jew oħra sab dawn is-servizzi utli jew jaf b’familjari li jiddependu fuq dawn is-servizzi biex jinżamm kuntatt mal-Parroċċa, għax forsi dawn ma jistgħux joħorġu minn djarhom, jagħti kontribut finanzjarju billi jibgħat SMS fuq in-numri msemmija hawn taħt.

5061 7900 għal donazzjoni ta’ €4.66
5061 9254 għal donazzjoni ta’ €11.65

Għal dawk li jinsabu barra minn Malta, id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw online minn fuq il-paġna https://www.nadurparish.com/media/

Ta’ min isemmi wkoll li Radju Luminaria u Luminaria Live se jtellgħu programm speċjali nhar id-29 ta’ Ġunju 2020 bejn it-8am u is-2pm. Dan il-programm ser jixxandar live fuq l-istazzjon kif ukoll fuq il-paġni tal-midja soċjali tal-Parroċċa. F’dan il-programm se niċċelebraw l-għeluq tal-25 sena anniversarju ta’ Radju Luminaria u għalhekk qed insejjħu lil dawk kollha li jsegwuna biex jagħmlu kuntatt magħna u jwasslu l-awgurji tagħhom għall-festa tal-Imnarja 2020 għad-unur il-kbar San Pietru u San Pawl.

Other Articles

Events & Activities Media News
Easter Events & Activities Media
Events & Activities Media News
Media
Easter Events & Activities Media
Events & Activities Lent
NadurParish.com