News

Direttivi dwar Covid-19 (11.03.2021)

DIRETTIVI RIGWARD MIŻURI TA’ PREVENZJONI TA’ TIXRID TAL-IMXIJA TAL-COVID-19 MILL-11 TA’ MARZU SAL-11 TA’ APRIL 2021

Dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ sal-11 t’April 2021.

  • Jistgħu jsiru l-attivitajiet stipulati f’dawn id-direttivi biss.
  • X’ħin il-knejjes ikunu miftuħin għat-talb, jista’ jkun hemm Ġesù espost. M’għandux ikun hemm talb komunitarju organizzat għal dawk li jattendu, inkluż il-barka sagramentali.
  • Min jidħol fil-knisja ma jistax ikollu temperatura ta’ 37.2°C jew għola. Kulħadd għandu japplika sanitizer x’ħin jidħol fil-knisja.
  • Wieħed jista’ jitlob li jirċievi l-Ewkaristija x’ħin il-knisja tkun miftuħa. M’għandux ikun hemm mument għat-tqarbin organizzat.
  • Id-distanza soċjali tinżamm billi jkun hemm persuna għal kull erba’ metri kwadri.
  • Il-qrar jista’ jibqa’ jiġi amministrat kemm-il darba jibqgħu jinżammu l-miżuri stabiliti.
  • Waqt li l-quddiesa tkun qed tiġi ċċelebrata fil-privat, il-knisja għandha tinżamm magħluqa u ma jkunx hemm pubbliku fil-knisja.
  • Il-funerali jistgħu jsiru bil-quddiesa fil-knisja. M’għandux ikun hemm aktar minn mitt (100) persuna fil-quddiesa tal-funeral (inkluż is-saċerdoti, retturi, mużiċisti, u kantanti). Tal-familja għandhom jaraw li jqassmu l-biljetti għal dawk li jkunu se jiġu għal funeral. B’hekk jistgħu jikkontrollaw li ma jinqabiżx in-numru stipulat.
  • Għat-tiġijiet m’għandux ikun hemm iktar minn mitt (100) persuna għat-tieġ.
  • Il-ġenituri li għandhom trabi għal Magħmudija huma mħeġġin li jgħammdu wara il-11 t’April li ġej.
  • L-uffiċċju parrokkjali se jibqa’ miftuħ għal servizzi essenzjali.
  • It-tqarbin tal-morda għandu jsir minn persuna li jgħixu fl-istess dar tal-persuna marida jew anzjan/a.

Other Articles

Media News
Events & Activities Media
Events & Activities Media News
Events & Activities Media News
Media News
Events & Activities Media News
NadurParish.com